Skip to main content

Posts

L-Immigrazzjoni Illegali

Migranti, immigranti, refuġjati, asylum seekers, immigranti irregolari, immigranti illegali, klandestini – tgħidilhomx x’tgħidilhom il-biċċa l-kbira minnhom huma klandestini.
L-immigrazzjoni illegali hi l-kwistjoni waħdiena l-iktar importanti li qed taffettwa lill-Ewropa bħalissa. Imma l-immigrazzjoni illegali mhijiex fenomenu ġdid. Malta bdiet tiġi affettwata mill-immigrazzjoni illegali tal-Afrikani ftit wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien ma kienx jaf x’se jaqbad jagħmel bl-influss qawwi ta’ nies illitterati.
L-isem tal-Partit Nazzjonalista fil-verità jqarraq bik meta ġġib quddiem għajnejk kemm kien akkoljenti għall-immigranti illegali. Kulħadd jiftakar f’Simon Busuttil iħanbaq u jnewwaħ fil-Parlament Ewropew sabiex ikun hemm burden sharing, imma ħadd ma ta kasu. Fl-istess waqt kien hawn min qed jipprova jbellagħhielna li dawn il-klandestini huma xi ġojjel jew periti. Malta kienet kompletament waħedha dak iż-żmien, bl-Italja tirċievi biss ftit min…